MHRA pożittiva ... tistenna bil-ħerqa l-ftuħ tas-settur turistiku
Il-MHRA turi s-sodisfazzjon tagħha dwar il-konferma li Malta se tiftaħ għat-turiżmu f'Ġunju
More in Politika
Il-MHRA turi s-sodisfazzjon tagħha dwar il-konferma li Malta se tiftaħ għat-turiżmu f'Ġunju
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Gvern ikkonferma l-ftuħ tas-settur turistiku mill-1 ta' Ġunju. Hi sostniet ukoll li "tapprezza l-isforzi li qed isiru mill-Gvern u tilqa' l-aħbar li dalwaqt se jinħarġu l-vawċers."
L-MHRA qalet li tappoġġa t-tneħħija gradwali tal-miżuri restrittivi speċjalment għax dan l-istaġun tas-sajf huwa kruċjali għas-sopravivenza tal-lukandi, ristoranti, u s-settur turistiku kollu kemm hu. Hi qalet ukoll il-maġġoranza tal-membri tal-MHRA sofrew telf enormi fl-aħħar 12-il xahar u "għalhekk l-uniku mod kif wieħed jgħix f'sitwazzjoni diffiċli bħal din huwa li s-settur tat-turiżmu jerġa' jiftaħ malajr kemm jista' jkun."
Madankollu l-MHRA waslet ukoll id-diżappunt tagħha hekk kif għad m'hemmx data mmirata mħabbra dwar meta r-ristoranti jerġgħu jinfetħu. Il-MHRA fakkret li l-ftuħ mill-ġdid jeħtieġ żmien adegwat għall-preparazzjoni u l-ippjanar minn qabel u għalhekk appellat lill-Gvern "biex jikkomunika qabel is-26 ta' April meta r-ristoranti jistgħu jerġgħu jinfetħu."