Ħad Dingli: Mhux se jinqalgħu aktar siġar tal-ħarrub

Wara laqgħa lbieraħ, IM kkonfermat li se timxi mat-talbiet li saru mir-residenti ftit ġimgħat ilu

Infrastructure Malta (IM) kkonfermat li se tibqa iżomm mal-wegħdiet li għamlet rigward t-triq ġdida skedata bejn Triq San Ġwann Bosco, Triq id-Daħla tas-Sienja u Sqaq il-MUSEUM, f’Ħad-Dingli. Dawn it-talbiet saru mir-residenti ftit ġimgħat ilu.

Dan ħareġ fi stqarrija, wara laqgħa li saret ilbieraħ, bejn il-Ministru Ian Borg, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Fredrick Azzopardi, żewġ repreżentanti tal-Moviment Graffitti u żewġ residenti minn Ħad Dingli. 

 

📄 Yesterday evening, the Minister for Transport, Infrastructure & Capital Projects, the Executive Chairman of the...

Posted by Infrastructure Malta on Thursday, 8 April 2021

 

Dawn it-talbiet jinkludu; l-art biswit it-triq ġdida skedata mhix allokata għall-iżvilupp; konferma li mhux se jinqalgħu aktar siġar tal-ħarrub biex tinbena t-triq ġdida; il-limitazzjoni tal-wisa’ tat-triq ġdida għal tmien metri; l-aġġustament ta’ kantuniera ta’ din it-triq ġdida biex tiġi salvata siġra li hemm fil-viċin; il-bini ta’ ħitan tradizzjonali tas-sejjieħ flok ħitan bil-ġebla tal-franka fi Triq San Ġwann Bosco u fit-triq il-ġdida; kif ukoll it-tħawwil t’aktar siġar indiġeni mal-ġenb ta’ din it-triq ġdida. 

Intant il-Moviment Graffitti, f'messaġġ fuq Facebook, żvelaw li se jibqgħu "jżomu posthom" f'Ħad Dingli filwaqt li jikkunsidraw il-passi li jmiss.

 

 

📝 Nieħdu nota tal-istqarrija li ħarġu Infrastructure Malta (https://bit.ly/3fRvjeZ) wara l-laqgħa li kellna magħhom u...

Posted by Moviment Graffitti on Thursday, 8 April 2021

Il-Moviment Graffitti ilhom 18-il ġurnata jwaqqfu x-xogħlijiet ta’ IM għal bini ta’ triq li biha skont huma"se jinqered raba’ maħdum fuq art ODZ."

 

More in Politika