93,727 jieħdu t-tieni doża tal-vaċċin
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 33 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 36 persuna oħra.
Għat-tielet ġurnata konsekuttiva, ma kienet irreġistrata l-ebda mewta.
Dan ifisser li l-każi attivi issa komplew jonqsu għal 519.
Intant, kompla wkoll it-tilqim hekk kif f'24 siegħa ngħataw kważi 7,000 doża tal-vaċċin.
Sa issa, 93,727 persuna ħadu ż-żewġ dożi, filwaqt li 201,860 persuna qed jistennew it-tieni doża.