Issa li l-każi tal-Covid-19 bdew jonqsu u r-restrizzjonijiet ukoll, l-Aġenzija Kultura għall-Belt Valletta bdiet tħejji programm ta' attivitajiet biex ftit ftit, il-Belt Kapitali terġa' tibda tingħata l-ħajja wara ġimgħat sħaħ bit-toroq kważi vojta.
Ħabbar dan iċ-Chairperson tal-Aġenzija, Jason Micallef li spjega li l-attivitajiet se jibdew minn Mejju li ġej.
"Bil-mod il-mod se nkunu qed nagħtu l-ħajja lura lill-Belt Valletta u nieħdu ħajjitna lura," saħaq Micallef.
Spjega kif l-Aġenzija għandha lest kalendarju mimli attivitajiet soċjali ħafna għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awwissu.
Id-dettalji se jingħataw fil-jiem li ġejjin.
Madanakollu, dan is-sit jista' jiżvela li l-ewwel attività se tkun il-Valletta Green Festival li se jkun l-akbar wieħed li qatt ittella' sa issa, hekk kif se jkun estiż mill-Parlament sa Pjazza San Ġorġ, b'infjorata spettakolari.
L-attivitajiet fil-Belt VALLETTA se jirritornaw minn Mejju li gej.
Bil-mod il-mod se nkunu qed naghtu l-hajja lura...
Posted by Jason Micallef on Friday, 23 April 2021