Wara li l-Kunsill Lokali tal-Marsa esprima pożizzjoni kontra r-rilokazzjoni tal-Operat tarpRicasoli Oil Facility lejn il-Marsa. Il-Kunsill esprima din il-pożizzjoni b'mod anonomu u qal li hu qatt ma ġie mgħarraf permezz tal-midja u qatt ma kien ikkonsultat
F’laqgħa urġenti li saret ilbieraħ, il-Kunsill Lokali tal-Marsa f’diskussjoni, qabel unanimament li jibqa’ joġġezzjona "bil-qawwa kollha t-trasferiment tal-operat tar-Ricasoli Oil Facility lejn il-Marsa, minkejja l-qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni."
Għalhekk il-Kunsill, fi stqarrija qal li lest ikompli jisma’ u jressaq il-proposti tiegħu kif indikati fil-Programm Elettorali tal-Kunsill, fl-aqwa nteress tar-residenti u l-ħaddiema li jaħdmu fil-viċinanzi u tal-lokal kollu tal-Marsa
L-istqarrija kienet iffirmata minn Josef Azzopardi - Sindku. Joseph Scerri – Viċi Sindku, Francis Debono - Kunsillier, Colin Pace - Kunsillier Dominic Spencer - Kunsillier, Charmaine Aquilina - Kunsillier u Joseph Lia - Kunsillier.