5,427 dożi f'24 siegħa - 45 każ ġdid u jfiequ 67

L-ebda mewta relatata mal-Covid-19 ma kienet reġistrata fl-aħħar 24 siegħa - il-każi attivi jinżlu għal 400

Ir-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet tirranka, hekk kif eluf ta' persuni li għandhom bejn 40 u 50 sena qed jirċievu l-appuntamenti tagħhom biex jieħdu l-vaċċin fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin. Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw b'kollox 5,427 doża tal-vaċċin, bi kważi 2,000 ikunu persuni li ħadu t-tieni doża.  Dan biex issa t-total ta' dożi li ngħataw tela' għal 318,706, b'102,535  persuna li diġà ħadu t-tieni doża wkoll. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa ma rriżultat ebda mewt kaġun tal-Covid-19, u rriżultaw 45 każ ġdid minn total ta' 1,512-il swab test.  Dan filwaqt li fiequ 67 persuna biex it-total ta' każi attivi reġa' niżel għal total ta' 400. 

More in Politika