Il-PN b'abbozz ta' liġi li jipproponi illi l-laqgħat tal-ERA jinfetħu għall-pubbliku

Dan il-Private Member's Bill jiġi fid-dawl ta' appelli minn diversi NGOs biex jitneħħa Victor Axiak mit-tmun tal-ERA

Bernard Grech fril-Parlament (Arkivji)
Bernard Grech fril-Parlament (Arkivji)

Il-Partit Nazzjonalista ressaq Private Member's Bill għall-promozzjoni ta' aktar trasparenza fl-Awtoritá tal-Ambjent u Riżosri (ERA) li temenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent u li qed titlob ukoll, fost affarijiet oħra, li l-laqgħat tal-ERA jkunu miftuħin għall-pubbliku, bil-minuti pubbliċi wkoll u bl-aġenda ikkomunikata minn qabel kull laqgħa. 

L-istess abbozz qed jitlob illi membri kkonċernati jingħataw opportunitajiet sabiex direttament jipparteċipaw fil-proċeduri, filwaqt li dawk b'interess fi kwistjoni partikolari ikollhom l-għażla li jirrevedu l-proċedura quddiem tribunal, sabiex jisfidaw il-legalità proċedurali ta' kwalunkwe proċeduri.

Appell jeħtieġ isir mat-tribunal 30 jum qabel l-ERA tieħu azzjoni. 

Skont dan l-abbozz tal-PN kwalunkwe għaqda non governattiva għand  jkollha d-dritt li tiftaħ appell. 

Dan l-abbozz ħadem fuqu d-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Ambjent Robert Cutajar.

Dan l-abbozz tal-PN jiġi wara li diversi għaqdiet talbu biex il-Ministru tal-Ambjent ineħħi lil Victor Axiak mit-tmexxija tal-ERA u akkużawh li jinsab f'alleanza ta' Axiak mal-iżviluppaturi u kuntratturi tat-toroq, riflessa f'serje ta' deċiżjonijiet xokkanti f'dak li jirrigwarda tneħħija ta' siġar tal-ħarrub ta' 300 sena f'Ħad Dingli, xogħol diżastruż f'Kemmuna u r-rifjut tiegħu li jikkumissjona studju ta' Impatt ambjentali għall-proġett fl-Imsida.

 

More in Politika