Illum il-Prim Ministru Robert Abela ħa l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, l-għada li ħa l-ewwel doża wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Fil-kummenti tiegħu, il-Prim Ministru appella lill-kulħadd biex jieħu t-tilqima.
"Biha nistgħu nattakkaw il-virus biex nipproteġu lil xulxin u nkunu nistgħu nkomplu nħarsu ‘l quddiem," saħaq Abela waqt li rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha.
L-istess appell għamlu wkoll ilbieraħ il-Kap Nazzjonalista.
"Inħeġġeġ lil dawk li jistgħu jeħduha biex meta jmisshom jieħdu l-vaċċin. B’hekk flimkien inkomplu niġġieldu lil din il-pandemija," kiteb Grech.