Mill-1 ta' Ġunju l-ilbies tal-maskra mhux se jibqa' obbligatorju fuq il-bajjiet

Fearne saħaq li l-użu tal-maskra jibqa' importanti anke biex ikunu jistgħu jitneħħew restrizzjonijiet oħra

 

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar ir-rilaxx ta' diversi restrizzjonijiet għall-ġimgħat li ġejjin, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif l-ilbies tal-maskra mhux se jibqa' obbligatorju fuq il-bajjiet mill-1 ta' Ġunju.

Il-Ministru insista li l-ilbies tal-maskra jibqa' importanti mmens għax din tipproteġi mhux biss lill-persuna li qed tilbisha imma anke lill-persuni l-oħra.

Fakkar li din hija restrizzjoni u jasal iż-żmien meta l-użu tagħha ma jibqax infurzat bil-liġi, madanakollu saħaq li l-ilbies tal-maksri bħalissa huwa importanti biex ikunu jistgħu jitneħħew restrizzjonijiet oħra.

Kien hawn li saħaq li l-awtoritajiet tas-saħħa jridu jkunu prattiċi, anke għax huwa ċar li maskra mxarrba ma tkunx effettiva.

Għalhekk il-bajjiet se jkunu l-uniku eċċezzjoni fejn il-maskra se tkun tista' titneħħa.

Madanakollu, anke jekk mhux se tkun obbligatorja, xorta waħda tibqa' rrakkomandata.

Aqra wkoll:

 

More in Politika