Il-każi attivi jkomplu jonqsu hekk kif il-każi l-ġodda jibqgħu baxxi

It-tilqim kompla wkoll miexi b'ritmu tajjeb hekk kif mil-lum, kull min għandu 'l fuq minn 16-il sena jista' japplika għat-tilqima

Minkejja li fl-aħħar ġimgħat tneħħew ħafna restrizzjonijiet, il-miżuri ta' mitigazzjoni li għadhom fis-seħħ, il-koperazzjoni tal-pubbliku u t-tilqim jidhru li qed iħallu l-effetti tagħhom.

Fil-fatt, il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif illum instabu erba' każi ġodda filwaqt li fiequ 15-il pazjent ieħor.

Hekk, f'Malta, hawn 147 persuna morda bil-virus.

It-tilqim kompla wkoll miexi b'ritmu tajjeb hekk kif mil-lum, kull min għandu 'l fuq minn 16-il sena jista' japplika fuq is-sit vaċċin.gov.mt, jew inkella jibgħat SMS bin-numru tal-kartà tal-identita, fuq 99180045 (għal Malta) jew 99180044 (għal Għawdex).

Sa issa ġew amministrati 424,325 doża. 143,487 persuna huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 284,395 persuna qed jistennew li jingħataw it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 1,541 test.

More in Politika