Il-Kamra tal-SMEs akkużat lill-Gvern illi mhux qed ikun ġust, anzi qed jiddiskrimina kontra operaturi ta' dgħajjes li jġorru t-turisti, li l-istess Kamra tal-SMEs tfakkar illi ntlaqtu ħażin ħafna mill-Covid-19 bħal kull settur ieħor tat-turiżmu.
"Filwaqt li setturi oħrajn gawdew mis-Suppliment tal-Paga, it-tneħħija b'mod assolut tal-liċenzji għal 2020 u l-2021 u anke l-vouchers, il-Gvern għadu qed jitlob il-ħlas tal-liċenzji minn dan is-settur," tgħid l-istqarrija.
"L-operaturi hawnhekk ilhom jappellaw għal xhur sħaħ biex il-liċenzji tagħhom jiġu posposti, u mhux talli ġara hekk talli qed ikollhom iħallsu multi talli ħallsu l-liċenzji tard," tgħid l-istqarrija.