Rekord ta' 8,000 persuna jingħataw il-vaċċin matul il-jum tal-Erbgħa

B'32.8% Malta hija fuq quddiem f'termini ta' persuni li ħadu t-tieni doża wkoll

Matul il-jum tal-lum, ingħataw rekord ta' 8,000 doża tal-vaċċin biex it-total issa ta' dożi mogħtija mistenni jaqbeż l-445,000. Ħabbar dan fi tweet il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne, hekk kif fl-aħħar jiem infetħu l-applikazzjonijiet għall-aħħar grupp ta' persuni:  Dawk 'il fuq minn 16-il sena. 

Intant Malta tibqa' fuq quddiemnett fl-Ewropa f'termini ta' vaċċinazzjoni hekk kif skont ċifri ta' Our World in Data ppubblikati fuq is-sit euronews, b'32.8% Malta għandha l-akbar persentaġġ tal-poplu li ħa t-tieni doża tal-vaċċin ukoll. Warajna jiġi r-Renju Unit b'31.4% u warajhom l-Ungerija 28.2%. 

 

More in Politika