Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali Belt Valletta Jason Micallef qal illi ġie infurmat li għal dan is-Sajf kollu - sa Settembru - mhux se jingħata ebda permess għal attivtajiet kulturali fi spazji miftuħin, toroq, pjazez u postijiet oħrajn, "anke jekk id-dħul ikun ikkontrollat."
"Xi ħaġa li assolutament ma nistax nifhem aktar," qal Micallef.
Jason Micallef qal li l-awtoritajiet qalulu li dan "jgħodd għal kulħadd u għall-pajjiz kollu għal matul is-Sajf kollu, inkluż postijiet ta' divertiment fil-miftuh bħal diskoteki, u oħrajn."