L-infiq mid-delegazzjoni Maltija fil-Eurovision Song Contest jinsab taħt investigazzjoni wara akkużi li l-fondi tad-delegazzjoni ntużaw biex jagħtu spinta lill-probabbiltajiet ta’ Destiny mal-bookmakers. Għal numru ta' ġimgħat, Destiny dehret dejjem fl-ewwel post fuq bosta siti tal-logħob tal-azzard li kienu qed jagħmlu imħatri dwar il-Eurovision.
Il-Ministru Carmelo Abela li taħtu jaqa' l-PBS, talab verifika tan-nefqa wara li rċieva rapporti li parti mill-baġit allokat lit-tim tal-Eurovision ta’ Malta kien intuża biex jagħmel imħatri fuq Destiny.
Flus intefqu wkoll fuq influencers barranin, biex jippubblikaw kontenut promozzjonali li jappoġġja Destiny.
Huwa mifhum li l-investigazzjoni se tibda nhar it-Tnejn u fosthom se tkun qed tħares lejn kif intefqu €350,000.