Malta miexja fit-triq it-tajba fl-immaniġġjar tal-Fondi Ewropej - OLAF u l-KE

Il-Partit Laburista jgħid illi din hija turija ċara tal-attentati tal-attakki mill-PN

"Il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-OLAF fil-Parlament Ewropew illum ikkonfermaw li Malta miexja fit-triq it-tajba fl-immaniġjar tal-Fondi Ewropej u għandha fost l-anqas error rates fl-Unjoni Ewropea kollha. Dan wara li l-Partit ta’ Roberta Metsola u David Casa f’kumitat fil-Parlament Ewropew rreferew għall-possibiltà ta’ misapproprijazzjoni ta’ fondi Ewropej f’Malta."

Hekk sostna l-Partit Laburista fi stqarrija li fakkru illi l-OLAF u l-Kummissjoni Ewropea mhux talli qalu li Malta għandha fost l-anqas żbalji fil-Fondi Ewropej mill-Istati Membri kollha, "iżda li saħansitra, pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ feedback għal kull mistoqsija li saret mill-istituzzjonijiet Ewropej, fejn Malta imxiet ma’ kull rakkomandazzjoni tal-OLAF f’100% tal-każijiet."

"Din hija turija ċara li dan ma kien xejn għajr attentat mill-Partit Nazzjonalista biex għal darba oħra jpoġġi l-lenti fuq Malta. Fl-istess waqt dan iwassal biex jitfa’ dell ikrah fuq il-pajjiż, minkejja li l-istituzzjonijiet Ewropej kienu ċari f’diskorshom, li minn dak li qalu l-MEPs Nazzjonalisti ma kien hemm xejn," temm isstni l-Partit Laburista.

More in Politika