Il-Mażunerija ta' Malta tiċħad li hija involuta fl-assassinju ta' Daphne

Il-Gran Mastru tal-Loġġa Sovrana ta' Malta jippreżenta lilu nnifsu għall-investigazzjoni

Il-United Grand Lodge of England (UGLE) li tmexxi ż-żewġ fergħat tal-mażunerija f'Malta ċaħdu kwalunkwe involviment fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija nhar il-Ħamis il-UGLE qalet illi ma lagħbet ebda parti minn dan l-assassinju u qalet illi tibqa' kunfidenti li l-pulizija se tinvestiga wkoll kull involviment possibbli li ssemma' fil-Qorti. 

Innutat ukoll illi il-Gran Mastru tal-Loġġa Sovrana ta' Malta, entità separata, ippreżenta lilu nnifsu għall-investigazzjoni tal-pulizija. 

Din l-istqarrija tiġi wara illi Melvin Theuma jumejn ilu qal illi Johann Cremona kien qallu li l-mażunerija qabdet persuna - li isimha ma jistax jissemma' b'ordni tal-Qorti - biex toqtol lil Daphne Caruana Galizia.  Theuma qal li jaf min hi din il-persuna imma qatt ma kellmu. 

Intqal flp-istess xhieda li tħallsu €100,000 għal dan il-qtil mill-Mażunerija. 

More in Politika