Il-petizzjoni Re-Start quddiem il-Parlament tikseb aktar minn 5,500 firma f'ġimgħa

Il-petizzjoni ta' Joven Grech (Tenishia) u numru ta' nies fil-qasam tad-divertiment jidher li kienet waħda mir-raġunijiet biex l-awtoritajiet jikkunsidraw il-ftuħ ta' attivitajiet limitati, għalissa...

Il-petizzjoni mibdija minn Joven Grech, magħruf aħkjar bħala Tenishia, kisbet total ta' 5,588 biex hija fost l-aktar petizzjonijiet quddiem il-Parlament b'firem sa issa. 

Wara li bdiet iddur din il-petizzjoni, iċċaqalqu xi ftit l-affarijiet, biex sal-bieraħ stess id-Deputat PM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne indika li ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin lokali li mistenni jkun varat fil-jiem li ġejjin, se jkun qed jintuża għal attivitajiet 'limitati' li se jiftħu fiż-żmien li ġej. 

Fil-petizzjoni Grech qed jappella lid-Deputati biex issir diskussjoni sabiex din l-industrija tiftaħ bil-mod, il-mod mill-1 ta' Lulju.  Qed jipproponi wkoll punti dwar id-dħul f'avvenimenti, billi fost oħrajn ikunu aċċettati biss persuni li huma vvaċċinati. Grech qal illi b'hekk dan ikun qed jgħin ukoll f'dan il-proċess ta' għoti ta-vaċċin, li issa infetaħ ukoll għal dawk bejn 16 u 30 sena.

Huwa qed jgħid illi l-avvenimenti għandhom ikunu kkontrollati, bi dħul speċifiku u allura kontroll assolut fuq min dieħel u min ħiereġ, biex b'hekk ikun aċċertat li kull min dieħel f'dan l-avveniment huwa vvaċċinat. Id-Dj Malti ta' fama internazzjonali jfakkar li fl-Olanda, Spanja u r-Renju Unit diġà saru provi "fejn kien determinat li attivitajiet bħal dawn jistgħu jerġgħu jibdew mill-ġdid bil-mod, il-mod."

 

More in Politika