L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara laqgħet b'sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern sabiex il-faċilità tat-tank cleaning tiġi relokata minn ġol-binja storika tal-Forti Ricasoli u l-bajja pubblika tar-Rinella fil-Kalkara.
"Filwaqt li naqblu perfettament mad-djalogu u d-diskussjoni li għaddejja bħalissa minn naħa tal-Ministru tat-Trasport Ian Borg, bħala Assoċjazzjoni nisħqu li din ir-rilokazzjoni għandha ssir kemm jista' jkun malajr, kif espress b'mod unanimu mill-Kumitat tal-Verifika Parlamentari, sabiex ir-riġenerazzjoni tal-Forti Ricasoli tibda' minnufih."
L-għaqda sostniet illi qed tħares 'l quddiem biex il-Forti Ricasoli jerġa' jieħu lura d-dinjità li jixraqlu.
Naturalment dan huwa s-sentiment kuntrarju għal dak tal-Marsin fejn sa issa huwa ppjanat li tmur din il-faċiltà, bil-Kunsill Lokali Marsi jingħaqad kontra din ir-rilokazzjoni b'mod unanimu.