Il-Kunsill Lokali tal-Qala ingħaqad wara s-Sindku Laburista Paul Buttigieg - persuna voċifera ħafna kontra żvilupp fil-lokalità, speċjalment żvilupp differenti propost f'Ħondoq ir-Rummien - wara theddid li irċieva biex "jitqaċċat mill-kariga".
Buttigieg kien ħadha qatta bla ħabel kontra permess li kien ingħata lill-kuntrattur Joe Portelli biex kamra żgħira u abandunata f'ODZ issir villa. Mal-illum.com.mt Buttigieg kien qal li meta rrinunzja mill-iżvilupp Portelli, "dan ma kienx biżżejjed" u appella biex dan il-permess jiġi rrevokat.
Wara li l-membri kollha tal-Kunsill qraw iż-żewġ rapporti li saru minn persuna mal-iskrivana tal-Kunsill, fejn issemma "theddid biex jitqaċċat is-Sindku; il-Kunsill ikkundanna dan it-theddid li sar fil-konfront tas-Sindku liema theddid sar bl-id mhux tant moħbija ta’ persuni fil-poter għall-għanijiet xejn xierqa tagħhom," qalet l-istqarrija tal-Kunsill Lokali.
Il-Kunsill ingħaqad biex "jiddeplora ukoll kull attentat biex jitneħħa jew jitneħħew persuni minn karigi pubbliċi li ġew demokratikament eletti għalihom."