Clyde Caruana għat-tmien distrett fit-taqtiegħa għal post Cardona u Scicluna
Clyde Caruana għal ma' Zammit Lewis, Bartolo u Castaldi Paris, fost oħrajn, fuq id-distrett ta' Birkirkara...
More in Politika
Clyde Caruana għal ma' Zammit Lewis, Bartolo u Castaldi Paris, fost oħrajn, fuq id-distrett ta' Birkirkara...
Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana se jkun kandidat ukoll fuq it-tmien distrett, apparti d-distrett propju tiegħu li huwa t-Tieni distrett u li jinkorpora lill-Kottonera u Ħaż Żabbar, minn fejn huwa l-istess Caruana.
Dan ifisser li Caruana issa se jkun qed jikkompeti għaż-żewġ siġġijiet li probabbilment itella' l-Partit Laburista minn dan id-distrett, mal-Ministru Edward Zammit Lewis, il-Ministru Clayton Bartolo kif ukoll id-Deputat Parlamentari Laburista u eks Sindku tal-PN Ian Castaldi Paris, fost oħrajn.
Il-Ministru Caruana, meqjus bħala qrib Robert Abela li fil-fatt kien appuntah Chief of Staff f'Kastilja ftit biss wara li ħa l-ħatra ta' Prim Ministru, kien spiċċa fil-Parlament b'co-option wara r-riżenja tal-eks PM Joseph Muscat. Dan fetaħ l-ispazju għal siġġu fit-tieni distrett, bl-unika żewġ kandidati li setgħu joħorġu għal by-election, jiġifieri Stefan Buontempo u Mark Causon, jiddikjaraw li ma kinux interessati jagħmlu dan. Dan fetaħ it-triq allura għall-co-option, bl-għażla tal-PL ikun proprju Caruana.
Dan id-distrett għandu madwar 6,700 vot fl-2017 li marru għand kandidati li mhumiex se joħorġu għall-elezzjoni din id-darba. Dawn huma l-eks Deputat Mexxej u eks Ministru Laburista Chris Cardona li fl-2017 kien kiseb 3,218-il vot fl-ewwel għadd u l-eks Ministru tal-Finanzi u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna li kien kiseb 3,577 vot fl-ewwel għadd.
Warajhom b'2,783 vot kien hemm Edward Zammit Lewis li mbagħad tela' b'elezzjoni każwali, wara li Scicluna ċeda s-siġġu fuq dan id-distrett u żamm dak tas-seba' distrett. Castaldi Paris kien kiseb 232 vot.
It-tmien distrett huwa magħmul minn dawn il-lokalitajiet: L-akbar lokalità tad-distrett u fost l-akbar f'Malta - Birkirkara - Ħal Balzan, l-Iklin u Ħal Lija. Fl-2017 kien hemm b'kollox 25,982 persuna eliġibbli biex jivvutaw.
Intant aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikun aktar ċar f'liema distretti ħerġin kandidati