Il-każini tal-banda se jiftħu mill-Ħadd u mhux mit-Tnejn

Il-Ministru Chris Fearne qal li dan qed iseħħ wara li saret talba minn dawk il-każini fl-irħula li l-Ħadd se jkunu qed jiċċelebraw il-festa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-każini tal-banda ingħataw permess li jiftħu mill-Ħadd 6 ta' Ġunju minflok mit-Tnejn.

Waqt it-tnedija taċ-ċertifikat tal-vaċċin, Fearne saħaq li dan sar wara li kien hemm talba minn xi każini tal-banda f'dawk l-irħula li nhar il-Ħadd se jkunu qed jiċċelebraw il-festa titulari jew sekondarja.

Anke din is-sena l-festi esterni mhux qed isiru iżda l-festa interna qed tiġi ċċelebrata normali, bl-attendenza skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u dawk tal-Knisja.

Il-każini wkoll irisu jsegwu l-protokolli, bin-nies iridu jkunu bilqiegħda madwar il-mejda skont il-limitu stabbilit.

Qal li r-rilaxx li seħħ tul l-aħħar ġimgħat kien suċċess hekk kif il-każi u r-rata ta' pożittività baqgħet baxxa ħafna. 

Minn għada se jkunu permessi t-tiġijiet skont ir-regoli mħabbra, se jiftħu l-iskejjel tal-lingwa Ingliża u anke tkun tista' titneħħa l-maskra fuq il-bajjiet.

Mit-Tnejn 7 ta' Ġunju, ir-ristoranti jistgħu jżidu l-imwejjed biex jakkomodaw sa sitt persuni flimkien, se jiftħu wkoll b'mod limitat it-teatri u ċ-ċinema u anke jiftħu l-barijiet.

Aqra wkoll:

More in Politika