Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li t-tilqim bil-vaċċin ta' Pfizer jista' jkompli hekk kif waslet f'Malta konsenja ta' 36,000 doża.
Fl-aħħar jiem kien hemm dewmien f'waħda mill-konsenji u dan wassal biex ikun hawn tnaqqis fid-dożi disponibbli, tant li kien hemm persuni li kellhom l-appuntament u dan kellu jiġi pospost.
Il-Ministru Fearne fakkar li Malta qed tuża d-dożi kollha li jaslulha fi ftit jiem wara li dawn inkunu waslu Malta u għalhekk meta jkun hemm dewmien f'konsenja, dan jinħass mill-ewwel.
Madanakollu, hekk kif il-konsenja waslet, minn għada se jkompli t-tilqim bil-vaċċin ta' Pfizer ukoll, anke lil dawk il-persuni li kellhom l-appuntament pospost b'jumejn.