Hekk kif ilbieraħ saru 2,026 test għall-Covid-19, tmien persuni rriżultaw fil-pożittiv. Mill-banda l-oħra, fiequ erba' persuni oħra.
Dan ifisser li issa f'Malta hawn 70 każ attiv.
Sadanittant kompla wkoll it-tilqim. Sa issa 210,486 persuna tlaqqmu kompletament. Dan ifisser 48% tal-popolazzjoni.
Apparti minn hekk, 318,743 persuna qed jistennew li jingħataw it-tieni doża.
Intant, persuni li huma mlaqqma kompletament jistgħu japplikaw għaċ-ċertifikat tal-vaċċin minn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt.
Persuna tista' tniżżel dan iċ-ċertifikat, 14-il ġurnata wara li tkun ħadet it-tieni doża (fil-każ ta' Pfizer, Moderna jew l-AstraZeneca), jew id-doża waħda fil-każ tal-Johnson & Johnson.