Jonqsu l-każi attivi; Żewġ każi attivi u jfiqu erbgħa

Il-każi l-ġodda jibqgħu baxxi minkejja li ħafna mir-restrizzjonijiet issa tneħħew u għadhom qed isiru testijiet daqs fl-eqqel tal-pandemija

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru żewġ każi ġodda li nstabu minn fost 2,545 test. Dan filwaqt li fiequ erba' pazjenti oħra.

Dan ifisser li l-każi attivi naqsu għal 74.

It-tilqim kompla wkoll b'ritmu tajjeb ħafna hekk kif sa issa hawn 226,341 persuna li huma mlaqqma kompletament.

324,295 persuna qed jistennew li jingħataw it-tieni doża, hekk kif b'kollox, Malta amministrat 541,178 doża.

Mill-Ħadd li ġej jonqsu aktar ir-restrizzjonijiet hekk kif jiftħu l-każini tal-banda, filwaqt li t-tnejn jiftħu wkoll il-bibien tagħhom il-bars.

More in Politika