Malta tirreġistra l-ewwel każ ta' pazjent bil-varjant Indjan tal-Covid-19
Ħabbret dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci
More in Politika
Ħabbret dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci
Malta rreġistrat l-ewwel każ tal-varjant Indjan tal-Covid-19, li jissejjaħ hekk propju għax l-ewwel każi kienu skoperti fl-Indja. Dan jiġi fid-dawl tal-fatt illi Malta għadha qed tirreġistra numri baxxi ħafna ta' Covid-19, filwaqt li r-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet tiżdied biex sa issa ingħataw 541,178 doża.
Ħabbret dan l-ewwel każ ta' varjant tal-Covid-19 is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.
Minkejja l-ħerba li għamel fl-Indja - pajjiż fejn il-faqar huwa kbir filwaqt li miljuni ta' nies jgħixu f'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena - il-vaċċin instab li jaħdem kontra dan it-tip ta' varjant li kapaċi jinfirex aktar malajr.
Gauci qalet ukoll li 47% tal-każi pożittivi ta' Covid-19 huma varjant Ingliż, 30 każ jew 3.7% huma tal-varjant Brażiljan u sitt każi oħra huma tal-varjant tal-Afrika ta' Isfel.
Intant, sa issa, 74% ħadu imqar l-ewwel doża tal-vaċċin, filwaqt li 51% ħadu t-tieni doża wkoll fil-pajjiż, qalet Gauci waqt il-konferenza. Hi fakkret li l-Pfizer issa ngħatat il-permess mill-Awtorità Ewropea tal-Mediċini (EMA) u se tibda tingħata wkoll lil dawk bejn 12 u 18-il sena.