Fl-aħħar 24 siegħa, minn fost 1,526 test, ma nstab l-ebda każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li tliet pazjenti oħra fiequ.
Dan ifisser li l-każi attivi f'Malta issa niżlu għal 51.
265,090 persuna issa huma mlaqqma kompletament. Dan ifisser li 60% tal-popolazzjoni adulta f'Malta ħadet it-tilqima kompluta.
341,941 persuna ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.
Sa issa Malta amministrat 596,074 doża tal-vaċċin.