L-inċident seħħ fi Triq Anton Buttiġieġ, il-Qala
Żewġ Franċiżi ta' 25 u 30 sena, weġġgħu gravi f'inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Anton Buttiġieġ, il-Qala.
Jidher li ż-żagħżugħa ta' 25 sena, tilfet il-kontroll ta' quadbike Access li kienet qed issuq u daħlet ġo ħajt.
Fuq il-quadbike kien hemm ukoll il-Franċiża ta’ 30 sena.
Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.