Raġel li tressaq il-Qorti l-ġimgħa li għaddiet, wara li fil-karozza tiegħu nstabet arma tan-nar ikkargata li ma kinitx liċenzjata, ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Ir-raġel li għandu 41 sena, tressaq il-Qorti x-xahar li għadda. Huwa kien twaqqaf mill-Pulizija u nstab fil-pussess ta' arma tan-nar u tressaq akkużat li kiser l-ordnijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Fil-fatt, fl-2018 huwa kien tressaq akkużat b'nirien li qabbad mal-faċċata tad-dar ta' Deniro Magri, li qed ikun akkużat bil-qtil ta' Sylvester Farrugia fl-2017.
Ir-raġel kien arrestat wara li l-Pulizija kienet infurmata li kellu jsir xi bejgħ illegali ta' armi tan-nar.
Fil-fatt, l-arma tan-nar li nstabet fil-karozza tal-akkużat, kienet ikkargata.
Huwa ġie ordnat isegwi curfew u anke jiffirma kuljum fl-għassa.