Il-Kandidat Indipendenti Arnold Cassola talab lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler biex jinvestiga għadd ta' Deputati minħabba "xiri jew influwenzar tal-voti" permezz ta' rigali. Mill-banda l-oħra, dalgħodu, l-organizzazzjoni Repubblika marru d-Depot tal-Pulizija jitolbu investigazzjoni wara li d-Deputata Rosianne Cutajar żaret dar tal-anzjani u qassmet il-larinġ.
Cassola talab investigazzjoni duq erba' Deputati, jiġifieri Silvio Schembri, Silvio Parnis, Alex Muscat u Rosianne Cutajar.
Cutajar qasmet il-larinġ, Schembri l-muffins, Muscat il-maskri u Parnis il-famuża rolypoly.
Intant, il-President tal-organizzazzjoni Repubblika, ippreżenta denunzja lill-Kummissarju tal-Pulizija, kontra Cutajar.
Robert Aquilina indirizza wkoll konferenza tal-aħbarijiet indirizza l-liġi li tgħid li t-tqassim ta' ikel lill-votanti hu reat u għalhekk talbet formalment investigazzjoni.
Madanakollu, Cutajar dlonk wieġbet fuq Facebook u qalet li dan huwa parti minn kampanja ta' assassinju tal-karattru tagħha. Saħqet li Repubblika wkoll qed tinsulenta l-intelliġenza tal-poplu, għax qed tindika li n-nies jinxtraw bil-larinġ.