Jum kruċjali għall-ekonomija u l-impjiegi; L-FATF jiddeċiedi dwar Malta
Il-plenarja se tkun qed issir illum b'mod virtwali, bid-deċiżjoni dwar Malta mistennija tittieħed waranofsinhar
More in Politika
Il-plenarja se tkun qed issir illum b'mod virtwali, bid-deċiżjoni dwar Malta mistennija tittieħed waranofsinhar
Illum huwa jum kruċjali għall-ekonomija u l-impjiegi Maltin hekk kif 39 membru tal-Financial Action Task Force (FATF) se jkunu qed jiddeċiedu jekk Malta tispiċċax fuq il-lista l-griża jew le.
Fl-aħħar jiem, sar magħruf li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja qed jisħqu li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża.
L-organizzazzjoni, li taħdem kontra l-ħasil tal-flus u anke l-finanzjament tat-terroriżmu, preżentament qed titmexxa minn Presidenza Ġermaniża.
Il-plenarja se tkun qed issir illum b'mod virtwali, bid-deċiżjoni dwar Malta mistennija tittieħed waranofsinhar.
Fl-aħħar jiem, il-Ministru Clyde Caruana kien il-Ġermanja jipprova jikkonvinċi lil dawk li għadhom xettiċi dwar dak li wettqet f'Malta fl-aħħar sena u nofs, biex anke għaddiet mit-test tal-Moneyval.
Huwa esprima d-diżappunt tiegħu kif minkejja l-impenn ta' Malta, għad hemm pajjiżi li qed jimbuttaw biex Malta tispiċċa fuq il-lista l-griża.
Caruana appella wkoll lil kull persuna li għandha xi forma ta' influwenza politika f'Malta biex taħdem id f'id mal-Gvern bil-għan li Malta tikseb riżultat pożittiv.
Xi tfisser li tispiċċa fuq il-lista l-griża?
Aqra wkoll: