Erġajna bla każi ġodda ta' Covid-19; Ifiq pazjent ieħor

Sal-bieraħ Malta kienet amministrat 636,059 doża tal-vaċċin

Għall-ħames darba fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ ġdid ta' Covid-19.

Apparti minn hekk, fieq pazjent ieħor biex issa l-każi attivi jammontaw għal 26.

Ilbieraħ saru 1,692 test.

294,650 persuna issa huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 353,584 persuna ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin.

Sal-bieraħ Malta kienet amministrat 636,059 doża.

More in Politika