42,000 persuna qasmu bejn Malta u Għawdex bil-fast ferry fl-ewwel xahar

Il-Ministru Ian Borg qal li l-proġett tal-Fast Ferry qed jikkontribwixxi b’mod effettiv ħafna fl-irkupru ekonomiku tal-pajjiż

Aktar minn 42,000 passiġġier użaw is-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex minn meta ġie introdott xahar ilu. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg. 

Il-Ministru Ian Borg semma li fl-ewwel xahar saru total ta’ 1,086 vjaġġ 

“Qegħdin naraw li t-trasport, bid-diversità kollha tiegħu, jibqa’ jaċċellera ’l quddiem f’pajjiżna sabiex inkomplu niċċelebraw aktar suċċessi bħal dan tal-lum," saħaq il-Ministru. "Għalhekk, jidher biċ-ċar li l-proġett tal-Fast Ferry qed jikkontribwixxi b’mod effettiv ħafna fl-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna."

Il-Ministru fakkar li l-proġett tal-fast ferry ma jiffukax biss fuq trasport bil-baħar iżda permezz tiegħu inkorporajna bosta servizzi oħra favur aktar mobbiltà.” 

Fil-fatt, żdiedu rotot ġodda, fosthom ir-rotta 300 li twasslek bejn it-terminal tal-fast ferry u l-Università u Mater Dei, u r-rotta X133 li twasslek mill-Valletta Bus Terminus għall-Fast Ferry.

More in Politika