'Dimostrazzjoni kkontrollata waqqaftuha u attività b'aktar minn 1,500 persuna tħalliet issir'

Howard Keith Debono mill-MEIA sostna illi filwaqt li attività b'mijiet ta' nies tħalliet issir, permess għal dimostrazzjoni kkontrollata ma tħallietx issir

Howard Keith Debono
Howard Keith Debono

Howard Keith Debono, President tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA) ilmenta u qal li issa dawk fis-settur tal-Arti laħqu "l-limitu tal-paċenzja" fid-dawl ta' dimostrazzjoni minn naħa tagħhom li ma tħallietx issir, fl-istess waqt li tħallew isiru ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Ħamrun, liema ċelebrazzjonijiet Howard Keith qal li rrabjawh ħafna.  Huwa sostna li l-problema tal-mużisċisti, artisti, djs u oħrajn mhix il-Ħamruniżi. 

"Ħadd mill-Arti u divertiment ma waħħal fil-Ħamruniżi għaċ-ċelebrazzjonijiet, għax żgur kien hemm il-barka biex dawn imxew 'il quddiem. Id-dilemma tagħna hija kif avveniment bħal dan mexa 'l quddiem mingħajr ma twaqqaf b'antiċipazzjoni ta' mijiet u mijiet ta 'nies li jattendu? Attivitajiet b'antiċipazzjoni ta' 1,500+ persuna ma jseħħux mingħajr ippjanar, mingħajr ma jkun hemm ftehim - uffiċjalment jew mhux uffiċjalment."

Huwa sostna li dan kollu ġara fl-istess ħin illi dimostrazzjoni kkontrollata li kellha ssir illum mill-MEIA ġiet irrifjutata il-permess, ftit biss qabel seħħet. 

"Issa, erġgħu weħlu fl-attivitajiet tal-arti u ta d-divertiment wara li ilhom magħluqin għal 15 il-xahar," temm jgħid Howard Keith Debono.

More in Politika