L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment, filwaqt li wriet it-tħassib tagħha għaż-żieda fil-każi tal-Covid-19 li deħlin minn barra l-pajjiż, fakkret li attivitajiet tal-massa organizzati mhux qed isiru.
Kien għalhekk li saħqet li ma jagħmilx sens li jibqa' jkun hawn minn jipprova jitfa' t-tort fuq dan is-settur li prattikament huwa magħluq għal kollox.
"Mill-banda l-oħra, attivitajiet illegali u bla kontroll jibqgħu ta' theddida għall-ftuħ sigur tal-industrija," kompliet tisħaq l-Assoċjazzjoni.
Appellat ukoll, kif għamlet fl-aħħar jiem, li l-kontroll fuq il-fruntieri jibqa' strumentali biex ma jiġux importati każi u jkun evitat it-tixrid tal-virus fil-komunità.
Insistiet li se tibqa' taħdem biex l-industrija tal-arti u d-divertiment tinfetaħ mingħajr ma tibqa' tiġi mitfugħha f'dell ikrah u tingħata ħtija li mhijiex tagħha.
Aqra wkoll: