'L-effetti tad-deċiżjoni tal-FATF fuq l-ekonomija jistgħu jibqgħu limitati' - DBRS

L-aġenzija ta' kreditu DBRS Morningstar tgħid li l-effetti tal-greylisting tal-FATF jaf ma jkunux daqstant kbar, jekk il-Gvern...

"II-kobor tal-effetti li tista' tħalli l-fatt li Malta tpoġġiet fuq il-Lista l-Griża tal-FATF ma humiex ċari u se jiddependu l-aktar minn Malta u kemm pajjiżna se jaħdem biex inaqqas mir-riperkussjonijiet u mir-rispons tal-investituri  barranin. Dan qalitu l-aġenzija ta' kreditu DBRS li qalet ukoll illi tikkunsidra li l-impatt fuq l-ekonomija jista' jibqa' limitat "jekk l-awtoritajiet Maltin juru evidenza tanġibbli tal-effettività tal-qafas (leġiżlattiv/finanzjarju) biżżejjed biex inaqsu mit-tħassib tal-FATF."

Minn naħa l-oħra iżda jekk jibqa' jkun hemm dubji fuq medda ta' żmien, dan jista' jkollu riperkussjonijiet fuq kemm Malta tibqa' attraenti għall-investiment barrani. 

Intant l-aġenzija innutat iżda l-progress li sar minn pajjiżna fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. 

L-aġenzija ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A(high) stable. B’hekk pajjiżna baqa’ jgawdi l-aħjar rating li qatt ingħatalu minn din l-aġenzija.

DBRS Morningstar qalet ukoll li l-fejqan ekonomiku beda minħabba diversi raġunijiet, fosthom ir-rata mgħaġġla ta' vaċċinazzjoni li issa kważi laħqet it-80%. 

More in Politika