109 każi ġodda għall-Covid-19 minn 3,164 swab test fl-aħħar 24 siegħa

Intant fl-istess perjodu ta' ħin fiequ żewġ persuni oħra - Ir-rata ta' pożittività għall-virus titla' għal 3.4%

In-numru ta' każi ġodda tal-Covid-19 reġgħu telgħu bi ftit, anke jekk fil-fatt saru ħafna iktar swab tests, biex fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 109 każi ġodda minn total ta' 3,164 swab test. Intant fiequ tnejn minn nies oħra, biex it-total tal-każi attivi issa huwa ta' 359.

Dan ifisser li r-rata ta' pożitività fl-aħħar 24 siegħa telgħet għal 3.4% - meta sal-ġimgħa l-oħra l-medja kienet dejjem taħt il-1%.

It-total ta' persuni vvaċinati qabeż is-700,000 - biex issa jlaħħaq is-703,928, b'349,133 persuna jieħdu kemm l-ewwel u anke t-tieni doża. 

Ma kienet irreġistrata ebda mewt kawża tal-Covid-19.

More in Politika