L-ebda każ ta' Covid-19 marbut mal-folol fil-Ħamrun - Fearne

Il-Ministru Fearne jgħid li għadu kmieni wieħed jara jekk kienx hemm firxa ta' każi wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħadd

Parti mill-folla li kienet qed tiċċelebra l-Ħamrun
Parti mill-folla li kienet qed tiċċelebra l-Ħamrun

Ma kien hemm ebda każ ta' Covid-19 marbut maċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Ħamrun.  Dan ħabbru llum il-Ministru tas-Saħħa u d-Deputat PM Chris Fearne meta waqt konferenza tal-aħbarijiet kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Mijiet ta' ħamruniżi ċċelebraw wara li t-tim tal-futbol tal-lokalità kien iddikjarat rebbieħ tal-kampjonat  Premier League, wara stennija ta' 30 sena.

Dwar ċelebrazzjonijiet nhar il-Ħadd filgħaxija wara r-rebħa tat-tim Taljan fil-Euro 2020, Fearne qal li għadu kmieni biex wieħed jevalwa jekk kienx hemm xi każi minn ġemgħat li setgħu ltaqgħu f'żoni fil-pajjiż - l-aktar f'Tas-Sliema u San Ġiljan. 

Waqt il-Konferenza huwa emfasizza diversi drabi dwar il-bżonn li kulħadd jieħu l-vaċċin, li ddeskrivih bħala l-aqwa għodda biex ikun miġġieled il-virus u kwalunkwe firxa relatata ma' varjanti. 

Ara wkoll x'ħabbar il-Ministru Chris Fearne dwar il-mewt ta' tifla ta' ħames snin u nofs.

Ara wkoll kif 90% ta' dawk li huma pożittivi għall-Covid-19 bħalissa ma ħadux il-vaċċin

More in Politika