Il-każi tal-Covid-19 komplew telgħin b'235 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 3,879 swab test - jiġifieri rata ta' pożittività ta' 6%. Ilbieraħ din ir-rata kienet ta' 6.1%.
L-Awtorità tas-saħħa nfurmat ukoll li mil-222 każ irraportati lbieraħ, 195 każ huma bejn l-eta' ta' 10-39 sena. Avżat ukoll li bħalissa fl-isptar hemm 14 il-persuna trattati għal-Covid-19, b'wieħed minnhom fl-ITU.
Intant ma kienu rreġistrati ebda mwiet filwaqt li d-dożi tal-vaċċin komplew jiżdiedu għal total ta' 718,418 - li minnhom 354,985 huma persuni li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.