Permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, ikkonferma li t-triq bejn Sqaq il-Mużew u triq id-Daħla tas-Sienja hi lesta.
Din it-triq kienet suġġett ta' kontroversja kbira specjalment bejn l-attivisti ta' Moviment Graffitti u Infrastructure Malta (IM). L-istess triq kienet ilha fil-pjan ta' IM minn Ottubru tas-sena l-oħra iżda l-attivisti minn dejjem ippruvaw iwaqqfu l-pjanijiet għax skont huma din it-triq kienet qegħda ssir fuq art ODZ.
L-istorja baqgħet teskala sakemm f'Marzu li għadda, attivisti, residenti u bdiewa waqqfu xogħlijiet ta' Infrastructure Malta f'Ħad-Dingli u pprotestaw fuq il-post għal tliet ġimgħat.
Fl-aħħar kien intlaħaq kompromess fejn IM wegħdet bosta talbiet fosthom li mhux se jinqalgħu aktar siġar tal-ħarrub u lil-limitazzjoni tal-wisa’ tat-triq ġdida tkun dik ta' tmien metri.
Ara wkoll:
Filmat | Attivisti, residenti u bdiewa jwaqqfu xogħlijiet ta' Infrastructure Malta f'Ħad-Dingli
200 resident jiffirmaw petizzjoni biex jieqfu x-xogħlijiet fuq triq kontroversjali f'Ħad-Dingli
'M'għandna l-ebda intenzjoni li nieqfu' - Graffitti bit-tieni ġimgħa ta' protesti f’Ħad-Dingli