Mit-total tal-każi attivi f'Malta 500 huma studenti tal-Ingliż
60% tal-każi l-ġodda qed ikunu fost persuni li mhumiex residenti f'Malta
More in Politika
60% tal-każi l-ġodda qed ikunu fost persuni li mhumiex residenti f'Malta
L-istudenti li ġew Malta biex jistudjaw l-Ingliż qed jammontaw għal kwart tal-każi attivi f'Malta hekk kif fl-aħħar jiem kienu 500 student li rriżultaw pożittiv għall-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw dan mat-Times of Malta. Fil-fatt dawn l-istudenti li l-maġġoranza tagħhom kienu għadhom ma ħadux il-vaċċin, kienu l-kaġun wara splużjoni fil-każijiet biex illum Malta għandha aktar minn 2,000 każ attiv.
Fil-fatt, mill-aħħar informazzjoni li kienet ingħatat, kienu nstabu każi pożittivi f'16-il skola tal-Ingliż u kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li dawn jingħalqu filwaqt li issa Malta qed taċċetta biss turisti li jkunu mlaqqma kompletament.
L-awtoritajiet qalu wkoll li madwar 60% tal-każi lokali ġodda qed ikunu fost persuni li mhumiex residenti Malta u li l-maġġoranza tal-każi qed ikunu fost dawk li għandhom inqas minn 19-il sena u li allura għadhom mhux imlaqqma kompletament.
40% ta' dawn il-persuni mhu qed ikolllhom l-ebda sintomi.
Din iż-żieda fil-każi waslet biex Malta spiċċat fuq il-lista l-ħamra taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard iżda sa issa kienet il-Litwanja biss li waqqfet is-safar minn u lejn Malta għax poġġiet lil pajjiżna fil-lista l-ħamra tagħha.