Mil-bieraħ għal-lum f'Malta ġew irreġistrati 166 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 25 pazjent ġew iddikjarati mfejqa.
Dan ifisser li issa l-każi attivi huma 2,487. Ir-rata ta' pożittività hi dik ta' 3.9%.
Il-pazjenti f'Mater Dei telgħu għal 17-il pazjent bil-Covid-19 u persuna waħda baqgħet fl-ITU.
L-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw ukoll kif mill-199 każ li nstabu lbieraħ, 149 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 u 39 sena, bl-età medja tkun dik ta' 28.
Intant f'Malta ġew amministrat 733,736 doża tal-vaċċin. 362,923 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 389,025 persuna qed jistennew it-tieni doża.