Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, Matthew Caruana Galizia, iben Daphne spjega kif Fenech kien bagħat imejl lil martu u fiha jgħidilha ċar u tond li "l-Electrogas kien żball kbir."
Caruana Galizia xehed illum għat-tieni darba kontra Yorgen Fenech u tkellem b'mod partikolari dwar l-investigazzjonijiet li kienet qed taħdem fuqhom Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet, fosthom dwar l-Electrogas.
Skont Caruana Galizia, fit-22 ta' Awwissu 2018, ftit jiem biss qabel li sar magħruf li hu s-sid ta' 17 Black, Yorgen Fenech bagħat imejl lil martu u qalilha: "17, that was one whole stress... Electrogas was one huge mistake."
Din l-imejl kienet estratta minn wieħed mill-kompjuters li ġie kkonfiskat u ppreżentat fil-każ.
Aqra wkoll: