Żieda ta' 153% fit-traffiku fl-ajruport f'Ġunju li għadda

Ir-rata ta' rkupru ta' Malta hi aktar baxxa minn dik ta' destinazzjonijiet simili fin-Nofsinhar tal-Ewropa

F'Ġunju li għadda għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) 190,505 passiġġier, li jfisser żieda ta' 153% fit-traffiku meta mqabbel max-xahar ta' qabel. 

L-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ma tantx raw turisti f'pajjiżna, fil-fatt kien Mejju li ġab miegħu l-ewwel sinjali ta' rkupru għall-MIA. L-MIA pero' jgħidu li r-rata ta' rkupru ta' Malta hi aktar baxxa minn dik ta' destinazzjonijiet simili fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eċekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Alan Borg, qal li "r-ritorn ta' diversi linji tal-ajru wara s-sospenzjoni tas-servizzi tagħhom minħabba l-pandemija u l-bidu tal-operazzjoni 'cruise and fly' fil-jiem li ġejjin huma voti ta' fiduċja inkorraġġanti f'Malta bħala ddestinazjoni attraenti kemm fir-rigward ta' dak li għandha x'toffri u kemm fir-rigward ras-sitwazzjoni epidemjoloġika tagħha."

 

More in Politika