€11,500 u sitt pakketti kannabis interċettati fl-ajruport f'ġimgħa

Il-flus kienu interċettati f'ħidma kontra l-Ħasil tal-Flus fis-Sala tat-Tluq tal-Ajruport

Ritratt tal-ħaxixa li nstabet fl-ajruport
Ritratt tal-ħaxixa li nstabet fl-ajruport

L-aħħar ġimgħa ta' Lulju kienet waħda impenjattiva ħafna għad-Dwana hekk kif uffiċjali kontra l-Ħasil tal-Flus elevaw xejn inqas minn €11,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati fis-Sala tat-Tluq fl-Ajruport. Dawn il-flus kienu fuq passiġġiera Bulgara li ma ddikjarathomx fi triqitha lejn Sofia. 

Iktar kmieni fl-Ajruport ukoll, imma fis-Sala tal-Wasliet ħaddiema tad-Dwana sabu passiġġier Ingliż bi tliet pakketti ħaxixa u tliet pakketti oħrajn reżina tal-kannabis fil-bagalji tiegħu. Il-ħaddiema tad-dwana interċettaw ukoll pakkett li fih kien hemm 1 Kg reżina tal-Kannabis u li kien dieħel fil-pajjiż permezz ta' servizz ta' courier. 

Intant matul l-istess ġimgħa l-ħaddiema tad-Dwana interċettaw pakketti tax-shisha, alkoħol u pakketti tas-sigaretti li fuqhom ma tħallasx dazju. 

 

More in Politika