L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 48 każ ġdid ta' Covid-19 u dan minkejja li lbieraħ xorta waħda saru numru sostanzjali ta' testijiet.
Fil-fatt, ilbieraħ saru 3,508 test. Irriżulta wkoll li 120 pazjent fiequ.
Dan ifisser li l-każi attivi niżlu għal 1,134.
Intant anke n-numru fl-isptar baqa' wieħed stabbli hekk kif f'Mater Dei hemm 36 pazjent.
Fl-ITU hemm erba' pazjenti, jiġifieri pazjent inqas mill-bieraħ.
392,100 persuna issa huma mlaqqma kompletament. 403,261 persuna ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin.
B'kollox, Malta amministrat 770,496 doża tal-vaċċin.