Il-każi attivi ta' Covid-19 komplew neżlin għal 1,058 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa fiequ 147 persuna, filwaqt li rriżultaw 71 każ ġdid ta' Covid-19. Dawn il-każi ġodda irriżultaw minn 3,593 swab test, li jfisser rata ta' pożittività għall-virus ta' kważi 2%.
Fl-aħħar 24 siegħa ma rriżultaw ebda mwiet, filwaqt li fl-Isptar hemm 33 persuna, ħamsa minnhom fl-ITU.
Intant sal-bieraħ kienu ingħataw 773,225 doża tal-vaċċin, li minnhom 394,589 huma nies li ħadu ż-żewġ dożi.