Il-każ kriminali fil-konfront tal-Maġistrat Monica Vella mistenni jitwaqqa' wara li l-istess Vella daħħlet id-dokumenti kollha tat-taxxa li kellha nieqsa.
Il-Maġistrat kellha titressaq il-Qorti akkużata li falliet milli tippreżenta d-dokumenti tal-VAT għal xogħlijiet li kienet qed tagħmel qabel inħatret Maġistrat.
Hi kellha titressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fit-23 ta' Lulju imma dan ma seħħx għax il-Pulizija kienu għadhom ma infurmawhiex, bil-każ kellu jibda f'Ottubru.
Madanakollu, skont The Times of Malta, il-Maġistrat daħħlet id-dokumenti kollha li kellha nieqsa, b'sorsi jisħqu li għamlet dan immedjatament meta nħatret Maġistrat.
Fil-fatt, uffiċjali tad-Dipartiment tal-VAT bdew il-proċess amministrattiv biex l-akkużi jitwaqqgħu.
Wara dan il-każ, għadu mhux magħruf jekk hux se jkunu qed jittieħdu passi dixxiplinari kontriha mill-Prim Imħallef.