Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci sostniet illi din is-sena, mill-ġdid, il-vaċċin kontra l-influwenza se jerġa' jkun offrut bla ħlas, bil-priorità tingħata lill-gruppi vulnerabbli. Fi tweġibiet li tat lill-ġurnal The Times Gauci sostniet illi hekk kif ir-restrizzjonijiet qed ikomplu jitneħħew "din is-sena huwa importanti - aktar minn qatt qabel - li wieħed jieħu l-vaċċin tal-influwenza, speċjalment jekk huwa vulnerabbli - qabel ma l-influwenza tibda tinxtered b'mod qawwi."
Gauci qalet illi waqt il-pandemija t-tnaqqis ta' mard respiratorju - inkluż l-influwenza - se jkun importanti biex il-vulnerabbli u s-sistema tas-saħħa jkunu protetti.
Hija qalet ukoll illi fuq livell globali n-numru ta' każi ta' inflwenza kien wieħed baxx ħafna, primarjament minħabba l-vaċċinazzjoni tal-Covid-19, maskri, distanzi soċjali u miżuri relatati mal-iġene.