L-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qalet li apparti l-inkjesta indipendenti dwar il-kundizzjonijiet fiżiċi u emozzjonali tal-priġunieri, tħeġġeġ lill-Parlament biex jintroduċi "riformi progressivi bbażati fuq alternattiva għall-ħabs."
"Dawn għandhom jinkludu l-użu ta 'brazzuletti elettroniċi’ għal dawk li jinsabu fuq ‘parole’ jew ‘probation," żiedet tgħid Żminijietna.
"Kwistjonijiet oħra għal riforma vera hija l-eliminazzjoni tal-piena ta' għomor il-ħabs. Dawk b’offizi ta’ droga m'għandhomx ikunu soġġetti aktar għal sentenzi ta' ħabs. Minflok ninsistu fuq trattament kontra dipendenza mid-droga u programmi ta' rijabilitazzjoni".
Fi stqarrija l-għaqda sostniet li hija tappoġġja l-pożizzjoni tal-Gvern kontra ‘bullying’, traffikar u l-użu tad-droga fis-sistema tal-ħabs, bil-għan li telimina r-riskji ta' intimidazzjoni u formazzjoni ta 'ġerarkija’, bil-priġunieri jkunu sfurzati minn priġunieri aktar b'saħħithom u aktar influwenti biex jaġixxu bħala traffikanti.