Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 54 każi attivi tal-Covid-19 filwaqt li 57 pazjent ġew imfejqa.
Madanakollu, bejn ilbieraħ u llum, tilfu ħajjithom żewġ anzjani li t-tnejn kienu pożittiva għall-virus. L-ewwel persuna hi mara ta' 62 sena filwaqt li t-tieni persuna hu raġel ta' 91 sena. Dan ifisser li issa Malta għandha 433 persuna li tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19.
Intant issa f'Malta hawn 604 persuni pożittivi għall-Covid-19, ilbieraħ saru 3,112 test. Ir-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa kienet ta' 1.7%
Il-pazjenti f'Mater Dei, naqsu bi tnejn, hekk kif 41 persuna qed jiġu rikoverati, b'tlieta minnhom fl-ITU.
Malta għandha 405,578 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 408,546 persuna ħadu mqar doża waħda.
Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 786,015 doża.